top of page

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej (Gandlora) - S.Lit Ċ



Il-wasla ta’ tarbija fid-dinja hija ġeneralment okkażjoni ta’ ferħ: kull tarbija hija rigal ta’ Alla,

iżda dan ir-rigal mhux dejjem ikun kif nixtiquh jew kif ikun mistenni minna. Il-ġenituri

jistgħu jixtiequ li jkollhom tarbija, iżda ma jistgħux jagħżlu huma kif għandha tkun din it-

tarbija, jew lil min ser tkun tixbaħ. Tarbija hija bħal rigal imgeżwer tajjeb, u li l-ġenituri

jeħtiġilhom jiskopruh ftit ftit. Minn naħa l-oħra, Alla l-imbierek, ikun jafna qabel ma tnissilna

fil-ġuf ta’ ommna; huwa kien jaf kollox dwarna qabel ma eżistejna, u xtaqna nkunu kif aħna,

ħabbna u ħalaqna. Kieku Alla ma ħabbniex ma stajniex neżistu. Għalhekk kull meta nkunu

ttentati li niddubitaw l-imħabba ta’ Alla lejn, għandna nirriflettu fuq din il-ħaġa.


Illum qed nagħmlu l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju, jew kif nafuha aħna l-

Gandlora. Fl-ewwel qari tal-lum, mill-ktieb tal-Profeta Malakija, Alla jħabbar permeżż tal-

profeta li l-‘mistenni Messaġġier’ tiegħu daqt jasal: fl-istess ħin iħabbar ukoll li Dan ser ikun

ta’ sfida għal dawk li jistennewh, ‘Min sa jiflaħ għall-jum il-miġja tiegħu? Min sa jżomm

fuq riġlejh għad-dehra tiegħu? Għax hu bħan-nar tal-ħaddied, bħas-soder fin tal-

ħassiela!’ Il-Poplu t’Alla kien jistenna l-Messija, iżda Messija kif riedu hu: meta ġie ħafna

minnhom ma aċċettawħx għax ma kienx kif riedu huma. Il-proċess tat-tisfija tad-deheb u l-

fidda jinvolvi n-nar; dan juri li l-missjoni ta’ Ġesù il-Messija hija li jsaffina, u dan il-proċess

ta’ tisfija jinvolvi t-tbatija kemm għaliH u anke għalina, infatti huwa jsaffina b’demmu il-

għażiż, kif smajna fit-tieni qari: ‘Ġesù... b’mewtu jeqred is‐setgħa ta’ dak li kellu

l‐mewt f’idejh, jiġifieri x‐xitan’.


Dan kollu jidher b’mod tajjeb ħafna fil-Vanġelu tal-lum: Ġesù jissottometti ruħu għal-liġi tal-

poplu t’Alla, u jiġi ppreżentat fit-tempju, il-post fejn il-poplu t’Alla jemmen li jgħammar

Alla. Iżda l-veru Tempju t’Alla huwa Ġesù stess: mhux biss Alla jgħammar fiH, iżda huwa

Alla nnifsu magħmul bniedem għalina. Għalhekk, issa t-Templu li fih Alla jiltaqgħa mal-

bniedem u l-bniedem jiltaqgħa ma’ Alla ma huwiex aktar tempju magħmul mill-ġebel u

xogħol idejn il-bniedem, iżda huwa il-Ġisem ta’ Ġesù; Huwa l-veru u uniku pont li jgħaqqad

’l Alla mal-bniedem u l-bniedem ma’ Alla.


Interessani huma ż-żewġ persuni li jilqgħu lil Ġesù fit-tempju: Xmun u Anna. Dawn bil-

qawwa tal-Ispirtu s-Santu li kellhom fihom, jagħrfu min hu Ġesù, jiġifieri l-Mistenni tal-

poplu t’Alla li permezz tiegħu Alla ser isalva lill-bnedmin kollha. B’differenza minn dak li

kien jistenna l-poplu, Xmun jagħraf li l-Messija ser ikun differenti minn kif stennieh li jkun

il-poplu: “Ara, dan sa jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Israel; sa jkun sinjal u

jmeruh – u int ukoll, min-naħa tiegħek, sejf jinfidlek ruħek! – ħalli jinkixfu l-ħsibijiet

moħbija ta’ ħafna.” Fil-mentalità tal-poplu, il-messija kellu jkun xi sultan jew ġeneral ta’

armata kbira li jerġa jġib lura l-glorja tas-saltna tagħhom kif kienet fi żmien David jew ibnu

Salamun. Iżda fil-plan ta’ Alla, u kif ħabbar Xmun, il-Messija l-veru kellu jkun il-Qaddej

Sofferenti ta’ Alla li bi tbatija jeħles mill-akbar għadu lill-bnedmin kollha; ‘għajnejja raw is-

salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha: dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja

tal-poplu tiegħek Israel.’ Anna ukoll, hija l-mara anżjana li ‘lejl u nhar taqdi fis-sawm u t-

talb’, tagħraf ukoll min hu Ġesù bil-qawwa tal-Ispirtu Santu u tħabbar il-wasla tas-

salvazzjoni lill-poplu t’Alla u lilna. Nistaqsu lilna nfusna: Jien lil Alla rridu jkun kif irrid jien,

skont il-kumdità u l-kapriċċi tiegħi, jew lest li naċċetta l-isfida li nħalli lil Alla jibdilni u

jagħmilni skont kif irid Hu u r-rieda divina tiegħu?


Nitolbuk Mulej, f’din il-Festa għażiża, kun int id-Dawl li jdawwal lil ħajjitna, u għenna

ħalli nifhmu li l-bogħod minnek hemm biss dlam sfieq li jwassalna biex nitilfu s-sens

veru tal-ħajja. Ammen.



Waqt il-Quddiesa tal-Gandlora fl-Għasri

bottom of page